L-atleta tal-Iron Taekwondo League Gianluca Barbara rebaħ il-midalja tad-deheb fl-Internationaler Becketal Cup li saret fil-Ġermanja.
Barbara kien qed tikkompeti fil-kategorija tal-Masters -80kg fit-tournament li sar fil-belt ta’ Gummersbach.
L-atleta tal-Iron Taekwondo League għadda għall-finali wara li kien ingħata walkover fis-semifinali, madankollu, fil-finali, Gianluca Barbara wera l-kwalitajiet tiegħu meta għeleb lill-avversarju Ġermaniż tiegħu mill-klabb rinomat Sportverein Bayer Wuppertal, fejn rebaħ bi spinning hook kick spettakolari.
Din il-midalja tad-deheb hija t-tmien waħda mirbuħa fid-diviżjoni tal-masters minn Barbara mill-2024.
Il-11-il edizzjoni tal-Internationaler Becketal Cup ġiet organizzata mill-klabb Ġermaniż TV Becketal u ppreseduta mill-Grand Master Bajrus Saliou kif ukoll Grand Master Mu In Kim, figura ewlenija fit-Taekwondo, li attenda apposta għal din il-kompetizzjoni.
Fost il-mistednin tal-unur kien hemm ukoll Hwang Yong Kang, Grand Master minn Cologne.
//= $special ?>