Beppe Fenech Adami, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal fl-Aġġornament tal-parlament li m’hemmx ġustifikazzjoni għal attakki minn Iżrael fuq sptarijiet u nies fi kjuwiet għall-ikel f’Gaża.
Beppe Fenech Adami tkellem dwar dak li qed iseħħ fid-dinja propju dwar sitwazzjoni ta’ gwerer viċin Malta, fosthom fl-Ukrajina li fiha hemm aggressur wieħed fi gwerra li bdiet mir-Russja, li qed tikser il-liġi internazzjonali. Din ħalliet eluf ta’ vittmi innoċenti u li fiha kulħadd qed jifhem li għadha ‘l bogħod mit-tmiem tagħha. Il-PN jibqa jagħti l-appoġġ għal kull inizjattiva li tista’ twassal għall-paċi ġusta u dejjiema kif qal il-Papa Ljun.
Għaddejja wkoll gwerra bejn Iżrael u l-Iran li qed tara esklazzjoni fejn Iżrael attakka lill-Iran fuq il-premessa li dan se jkollu bomba nikleari. L-Iran ħalef li jeqred lil Iżrael u għalhekk hemm attakki u ritaljazzjoni. S’issa hemm biss il-lingwa tal-armi f’dan il-konflitt.
Beppe Fenech Adami appella għal soluzzjoni diplomatika għal dan il-konflitt. Flimken ma’ dawn il-gwerer hemm ukoll it-traġedja tal-massakru f’Gaza. Il-PN ikkundann bla riserva l-attakki terroristiċi tas-7 ta’ Ottubru fejn inqatlu 1000 persuna Iżrealjana u ttieħdu 240 persuna ostaġġ.
Hu qal li l-Ħamas hu grupp terristiku li għadu jżomm diversi ostaġġi maqbuda. Dan ma jiġġustifkax dak li għaddej minnu l-poplu Palestinjan għax mhux aċċettabbli dak li qed twettaq l-Armata Iżraeljana f’Gaża fil-qtil ta’ iktar minn 60,000 persuna.
M’hemmx ġustifkazzjoni għal attakki fuq sptarijiet u nies fi kjuwiet għall-ikel. Il-poplu Palestnjan m’għandux biżżejjed ikel u xorb, bl-istess ikel u xorb jintużaw bħala arma illegali, inaċettabli u immorali fuq poplu li qed ikun imċaħħad minn ikel, ilma u mediċina. Hu staqsa għaliex irid ikun hemm mewt biex kulħadd jifhem li din il-gwerra għandha tintemm.
Jeħtieġ li d-dinja tqum biex tiddefendi d-dritt tal-Palestinjani li jkollhom l-Istat tagħhom. Il-paċi fir-reġjun hi possibbli, sostna Beppe Fenech Adami, li qal li Iżrael u l-Palestina għandhom jeżistu t-tnejn flimkien b’risppett lejn xulxin. Hu qal li l-Gvern Malti bagħat mesaġġi kontradittorji u kien biss issa li stqarr li dan ix-xahar l-Istat Malti se jirrikonixxi l-Istat tal-Palestina iżda s’issa dan għadu m sarx.
Il-Minsitru tal-Affarjiet Barranin Malti mhuwiex jaqbel mad-dikjarazzjonijiet mgħażżla tal-Prim Ministru. B’mod oxxen il-gvern qed jgħid, fil-privat u mhux b’mod uffiċjali, li għamel dawn id-dikjarzzjonijiet favur ir-rikonoxximent tal-Istat Palestinjan minħabba d-dikjarzzjonijet tal-Oppożizzjoni u għax għandu pressjonijiet. Il-gvern qed jibgħat messaġġ konfuż u qed jidher gvern dgħajjef, kompromess u li qed iċedi għall-pressjoni. Dan waqt li l-PN jaf fejn qiegħed.
Beppe Fenech Adami appella biex il-Gvern ikun ċar fi kliemu u kompla li l-l-ittitubar joħloq inċertezza li ddgħajjef ir-reputazzjoni ta’ Malta.
//= $special ?>