Sport Waterpolo

Neptunes qrib l-ewwel trofew tas-sajf… Exiles jirritornaw fil-Kampjonat Premier u Birżebbuġa jibqgħu jittamaw

(Ritratt: Sean Camilleri)

NEPTUNES BEST GYMS…………. 11

SAN ĠILJAN MAA DAIKIN……. 11

(4-3), (2-4), (3-1), (2-3)

(Neptunes jirbħu 5-3 bl-għoti tal-penalties)

Dikjarazzjoni minn Neptunes Best Gyms Malta li dan l-istaġun se jikkompetu għall-unuri. F’logħba li fil-verità ħadd ma kien ħaqqu jitlef, Neptunes rebħu bl-għoti tal-penalties u b’dawn iż-żewġ punti huma l-favoriti li jissiġillaw ir-rebħ tat-Tazza tal-President is-Sibt li ġej kontra Sirens.

Ir-rebħa għal Neptunes tkompli tamplifika ruħha minħabba l-fatt li kważi għal żewġ sessjonijiet sħaħ lagħbu mingħajr il-barrani Gergo Zalanki u Sam Gialanze li t-tnejn ġew fouled-out fil-bidu tat-tielet sessjoni. Mark Castillo tkeċċa fl-aħħar parti tat-tielet sessjoni u Matthias Azzopardi ġie wkoll fouled-out f’nofs l-aħħar sessjoni.

Għat-tim ta’ Aleksander Ciric irritorna l-captain Stevie Camilleri li kien f’forma brillanti filwaqt li l-captain Ġiljaniż Matthew Zammit kien fit-tim iżda ma kienx inkluż fil-logħba minħabba li għadu mhux fl-aħjar kundizzjoni.

Fl-ewwel sessjoni, Neptunes wieġbu wara l-gowl ta’ San Ġiljan fi tliet okkażjonijiet u gowl minn man-up ta’ Zalanki poġġiehom minn fuq għall-ewwel darba. Il-Ġiljaniżi xeqilbu l-miżien ftit favur tagħhom fit-tieni sessjoni u kienu huma li spiċċawha minn fuq. Sa dak il-ħin l-ebda tim qatt ma kellu vantaġġ ta’ aktar minn gowl.

Ben Plumpton għamilhom 8-6 kmieni fit-tielet sessjoni iżda żewġ penalties fi ftit ħin ta’ Stevie Camilleri lejn nofs is-sessjoni, annullaw id-differenza. Matthias Azzopardi reġa’ poġġa lil Neptunes minn fuq minn man-up fl-aħħar minuta tas-sessjoni.

B’żewġ minuti għat-tmiem, San Ġiljan kienu ħadu vantaġġ minimu ta’ 11-10 u deher li setgħu jirbħu l-logħba sakemm reġa’ kien Stevie Camilleri li bi preċiżjoni ġab id-draw 23 sekonda mit-tmiem u sforza l-logħba biex tiġi deċiża bil-penalties.

L-istess Camilleri flimkien Luigi Mallia, Julian Valletta u Jordan Camilleri skorjaw għal Neptunes. Nikolai Zammit, Ben Plumpton u Aaron Younger għal San Ġiljan filwaqt li Nico Schiavone falla. Alec Fenech skorja l-penalty deċiżiv u rebbaħ lil Neptunes.

Neptunes: M. Castillo, S. Gialanze, G. Zalanki (1), L. Mallia, J. Camilleri (1), J. Valletta (1), S. Camilleri (5), M. Castillo (1), B. Schranz, J. Bajada, A. Fenech (1), M. Azzopardi (1), M. Rossi, E. Mallia

San Ġiljan: J. Tanti, D. Bugeja (1), D. Tully, R. Caruana, A. Younger (4), M. Zammit, J. Bonavia (1), B. Plumpton (3), J. Abela, N. Zammit (2), D. Zammit, N. Schiavone, Z. Attard, G. Bonavia

Referees: Alessandro Cavallini, Alex de Raffaele

PREMIER PROMOTION

Exiles jirritornaw fil-Kampjonat Premier

EXILES WELBEE’S…………………….. 15

VALLETTA PEAK INSURANCE….. 13

(6-3), (3-3), (5-3), (1-4)

Wara nuqqas ta’ żewġ staġuni, Exiles se jerġgħu jilagħbu x-xhur tas-sajf fil-Kampjonat Premier. Rebħa meritata kontra Valletta Peak Insurance hekk kif ħadu l-kontroll mill-bidu. Valletta ddiżappuntaw hekk kif minkejja li xorta għadhom b’ċans li jilagħbu fl-ogħla diviżjoni, fallew opportunità li jirbħu unur f’din il-kompetizzjoni.

Exiles qatt ma kienu minn taħt fil-logħba u determinanti kienu t-tliet gowls konsekuttivi skorjati fit-tieni parti tal-ewwel sessjoni, gowls li poġġewhom 6-3 minn fuq. Huma baqgħu jikkontrollaw fit-tieni sessjoni u żammew lil Valletta tliet gowls bogħod minnhom.

L-iktar li Valletta resqu viċin kien fil-bidu tat-tielet sessjoni meta waslu sa 9-7 sakemm doppjetta ta’ Keith Tanti u gowl tal-captain Kurt Griscti kabbru l-vantaġġ għal 12-7, distakk ta’ ħames gowls li żammewh anki fl-aħħar sessjoni. Bil-partita deċiża, Valletta setgħu biss inaqqsu d-distakk finali u għamlu dan bi tliet gowls lejn it-tmiem.

Exiles: A. Borg Cole, G. Gatt, Z. Micallef, D. Pace Lupi (2), T. Agius, M. Paris Roding, M. Fenech (1), K. Griscti (1), K. Averka (3), K. Tanti (4), K. Navarro, D. Zahra (4), G. Galea Curmi, L. Hyzler

Valletta: A. Bugeja, M. Mifsud (4), M. Carani, J. Sciberras (1), S. Busuttil (1), J. Colombo, M. Zammit (2), I. Nagaev (3), K. Borg (2), K. Erdogan, M. Chircop, K. Cremona, G. Borg

Referees: Massimo Angileri, Stefan Licari

(Ritratt: Sean Camilleri)

MARSAXLOKK MFF……………… 14

BIRŻEBBUĠA ASC……….……. 18

(4-3), (4-4), (3-6), (3-5)

Birżebbuġa għadhom jittamaw li jiksbu post fil-Kampjonat Premier b’rebħa kontra Marsaxlokk MFF 18-14. B’hekk il-konfront kontra Valletta s-Sibt li ġej se jkun deċiżiv. Iż-żewġ timijiet telgħu ma’ xulxin b’Marsaxlokk b’vantaġġ fl-ewwel sessjoni filwaqt li fit-tieni sessjoni, il-vantaġġ inbidel bejn iż-żewġ timijiet.

Birżebbuġa għamlu pass importanti lejn ir-rebħa lejn nofs it-tielet sessjoni b’gowls ta’ Max Aquilina u Jake Ciantar. Nikola Bogdanovic naqqas id-distakk iżda Marco Mannino wieġeb mill-ewwel biex poġġa lil Birżebbuġa b’vantaġġ doppju qabel il-bidu tal-aħħar sessjoni. Ix-Xlukkajri resqu sa gowl bogħod sakemm doppjetta ta’ Nikola Bursac u tripletta bejniethom ta’ Jake Ciantar taw ir-rebħa lil Birżebbuġa.

Marsaxlokk: M. Farrugia, M. Lanzon, N. Bogdanovic (7), A. Aquilina, R. Spiteri, L. Montebello Brownrigg (1), S. Mifsud (1), J. Pawley, R. Galea (2), J. Borg Tabone (1), A. Fava (2), A. Cook, M. Brimmer, J. Cauchi

Birżebbuġa: M. Sladden, M. Aquilina (3), M. Cassar, N. Bursac (5), J. Ciantar (6), J. Borg, J. Abdilla, N. Saliba, D. Farrugia, M. Cutajar (3), M. Mannino (1), N. Bugelli, S. Livori, J. Saliba

Referees: Alessandro Cavallini, Neville Mercieca

Kif Jinsabu

Tazza tal-President

LRDTFKPti
Neptunes211024225
San Ġiljan211026204
Sliema210130293
Sirens200225340
*Meta logħba tispiċċa draw, il-logħba tiġi deċiża bl-għoti tal-penalties. It-tim rebbieħ jirbaħ żewġ punti u t-tim tellief jieħu punt

Logħob li jmiss

Is-Sibt 21 ta’ Ġunju: Neptunes v Sirens 6.45pm, Sliema v San Ġiljan 8.00pm

Premier Promotion

LRDTFKPti
Exiles220031236
Valletta210136303
Birżebbuġa210128303
Marsaxlokk200229410
*Meta logħba tispiċċa draw, il-logħba tiġi deċiża bl-għoti tal-penalties. It-tim rebbieħ jirbaħ żewġ punti u t-tim tellief jieħu punt

Logħob li jmiss

Il-Ġimgħa 20 ta’ Ġunju: Marsaxlokk v Exiles 8.30pm

Is-Sibt 21 ta’ Ġunju: Valletta v Birżebbuġa 5.30pm

Meridianbet Cup

LRDTFKPti
Ta’ Xbiex220031216
Otters210132263
Marsaskala210134353
Barracudas200230450
*Meta logħba tispiċċa draw, il-logħba tiġi deċiża bl-għoti tal-penalties. It-tim rebbieħ jirbaħ żewġ punti u t-tim tellief jieħu punt

Logħob li jmiss

Il-Ġimgħa 20 ta’ Ġunju: Ta’ Xbiex v Barracudas 6.00pm, Marsaskala v Otters 7.15pm