Futbol Sport

Rebħa komda għal Man City fuq Wydad Casablanca

Man City ………….. 2

W.Casablanca ……. 0

Man City: Ederson, R.Lewis, V.Reis, N.Ake, N.O’Reilly, T.Reijnders, Savinho, R.Cherki, P.Foden, J.Doku, O.Marmoush

W.Casablanca: E.Benabid, F.Moufi, A.Boutouil, G.Oliveira, B.Johannes Meijers, M.Moufid, N.Amrabat, O.Zamraoui, E.Moubarik, T.Lorch, C.Mailula

Referee: R.Abatti

F’Lincoln Financial Field f’Philadelphia, Manchester City fetħu l-impenji tagħhom fil-FIFA Club World Cup b’rebħa komda fuq Wydad Casablanca.

Man City bdew l-aħħar żewġ akkwisti tagħhom Tijjani Reijnders u Rayan Cherki, bil-captain il-ġdid tat-tim Bernardo Silva jkun fuq il-bank tas-sostituti.

Huma riedu żewġ minuti biex fetħu l-iskor meta kien Phil Foden li approfitta min-nuqqas tal-goalkeeper El Mehdi Benabid, biex skorja l-ewwel gowl tiegħu sa minn Jannnar.

Wydad irreaġixxew tajjeb u x-xutt mid-distanza ta’ Thembinkosi Lorch, ra lil Ederson jiħabat mhux fit biex isalva fuq it-tentattiv ta’ Cassius Mailula.

Biex minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima kien volley ta’ Jeremy Doku li sab ix-xibka u prattikament għalaq il-partita.