Lokali Parlament

Tibdil li se jkisser ir-relazzjoni bejn il-politiku u l-lokal

Justin Schembri, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Justin Schembri sostna il-parlament li t-tbdil propost fid-distrett se jkisser ir-relazzjoni bejn il-politiku u l-lokal.

Justin Schembri qal li għandha tkun ikkunsidarat l-kostituzzjoni u sostna li l-gvern għamel tentattiv dgħajjef biex jipprovaw iwaqqgħu l-kelma tal-PN. Hu sostna li d-distretti skont l-element ġeografiku u l-element kulturali u soċjoloġoċi jkunu rispettati. Fid-diskors tiegħu d-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-ħidma tad-deputati fil-parlament li tista’ tiġi ppreġudika meta d-distretti elettorali jiċċaqilu b’mod konsiderevoli.

F’mument fil-politika fejn in-neis qed jitbiegħdu mill-politika, jeħtieġ li jiddaħħal sens ta’ stabbiltà u l-fiduċja fil-politiċi biex dawn ikunu iktar viċin in-nies. Ċaqlieq elettorali massiv bħal dak tat-8 distrett elettorali jibbilanċja r-relazzjoni bejn il-politiċi u l-elettorat. Hu rrimarka kif se jittieħdu 4,000 votant biex jitpoġġew mal-ewwel distrett u minflokhom tpoġġew 6,000 min-Naxxar. Dan wara li tnaqqsu 2,000 vot minn Tal-Pieta.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-poter għandu jibqa’ għand in-nies u sostna li hu impossibbli li f’sena qabel l-elezzjoni hu diffiċli li tinbeda relazzjoni ma’ ċittadini minn lokalitajiet oħrajn. Hu sostna li l-politika għandha tkun minn isfel għal fuqu u kompla li ż-żewġ partiti ewlenin mexxew lil Malta mill-Indipendenza ‘l hawn; għalhekk l-importanza tagħhom għandha tkun ikkunsidrata.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li r-rapport tal-minoranza jagħmel enfasi fuq lokalitajiet sħaħ fl-istess distrett. Hu qal li l-membri tal-Kummissjoni Elettroali m’approvawx ir-rapport tal-maġġoranza tal-Kummissjoni Elettorali. In-nies fi Fleur-de-Lys jinsabu konfużi għax qed jistaqsu fejn se jivvutaw jekk hux fl-1 distrett jew fuq it-8 distret għaliex ma jħossuhomx parti mill-1 distrett elettorali.

Dan minħabba l-aspett kulturali, ġeografika u kulturali, sostna Justin Schembri, li qal li l-Belt m’għandhiex l-istess kultura bħal dik ta’ Birkirkara. Dan it-tibdil għalhekk jista’ jkollu riperkussjonijiet negattivi fuq l-elettorat.

Hu appella beix b’rispett lejn il-kostituzzjoni, jkun hem diskussjoni iktar wiesgħa biex jinstab qbil.