Lokali Parlament

29,000 telefonata lill-Pulizija għal emerġenza ta’ ambulanza

Jirriżulta li kien hemm aktar minn 29,000 telefonata fuq in-numru tal-emerġenza 112 għal talbiet ta’ emerġenza ta’ ambulanza minn Jannar sa Mejju ta’ din is-sena.

B’kollox, f’dan il-perjodu saru total ta’ aktar minn 148,000 telefonata fuq in-numru 112 u li minnhom, aktar miinn 3,500 kienu mgħoddija lill-Protezzjoni Ċivil.

Kien hemm ukoll 2,886 telefonata li għaddiet lill-Pulizija u 39 telefonata lill-armata.

Il-Ministru Byron Camilleri tkellem dwar il-linja 112 fil-Parlament meta wieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo li staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol jgħid kemm-il telefonata waslet fuq in-numru tal-emerġenza 112 minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha titwieġeb il-mistoqsija parlamentari u wkoll jelenka dawn it-telefonati jekk kinux relatati mal-Pulizija, mal-Protezzjoni Ċivili jew mal-ambulanza.