Hemm 30 kont pendenti fl-Isptar Monte Carmeli minn persuni minn pajjiżi terzi (mhux tal-UE) u li għandhom kontijiet pendenti relatati mas-servizzi tas-saħħa.
Jirriżulta wkoll li persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi u li jgħixu legalment f’Malta huma intitolati għal kura tas-saħħa bla ħlas, kif ukoll għal kura speċjalizzata barra minn Malta. Sal-lum ma kienx hemm pazjenti minn pajjiżi terzi li kellhom bżonn kura speċjalizzata barra minn xtutna u ma kinux intitolati għal kura bla ħlas.
Dan irriżulta minn informazzjoni li ta fil-Parlament il-Minisru Jo Etienne Abela għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ.
//= $special ?>