L-ammont ta’ trasferimenti ta’ armi tan-nar li ġew pproċessati mill-Korp tal-Pulizija kien ta’ aktar minn 5,000 kull sena fl-aħħar sentejn. Jirriżulta li bejn Novembru 2022 sa Novembru 2023, f’Malta u f’Għawdex hu ta’ 5,073 u bejn Novembru 2023 sa Novembru 2024 f’Malta u Għawdex huwa ta’ 5,134.
Dawn l-ammonti ngħataw fil-Parlament mill-Ministru Byron Camilleri li kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Dareen Carabott.
//= $special ?>