Al-Ain……………..0
Juventus………….5
Al-Ain: R. Patricio, A. Karim Traoure, M. Ratnik, R. Rabia, K. Autonne (A. Niang 68’), F. Gabriel Zabala, Kaku (A. Jasic 76’), Y. Woo Park (N. Chadli 76’), M. Palacios (Y. Nader 68’), K. Laba, S. Rahimi (J. Udoh 90’)
Juventus: M. Di Gregorio, P. Kalulu, N. Savona (F. Gatti 70’), L. Kelly, A. Costa, W. McKennie, K. Thuram (D. Luiz 46’), A. Cambiaso (T. Weah 46’), F. Conceicao, K. Yildiz (T. Koopmeiners 61’), R. Kolo Muani (D. Vlahovic 70’)
Referee: Mary Tori Penso (Stati Uniti)
Bidu mill-aqwa għal Juventus fit-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs meta fl-ewwel partita kontra Al-Ain kisbu rebħa kbira ta’ 5-0.
Juventus fil-vantaġġ wara biss 11-il minuta, meta minn azzjoni maħduma b’mod tajjeb fuq il-lemin, il-cross ta’ Alberto Costa sab lil Randal Kolo Muani li b’daqqa ta’ ras preċiża għeleb lil Rui Patricio.
Għaxar minuti wara, Juventus irduppjaw meta wara konfużjoni fil-kaxxa, kien Francisco Conceicao li kkonkluda fis-saqaf tax-xibka. Kenan Yildiz għamilhom 3-0 fil-31 minuta b’konklużjoni mid-distanza. It-tim imexxi minn Igor Tudor għamilhom 4-0 qabel il-mistrieħ meta minn pass fit-tul ta’ Khephren Thuram kien għal darb’oħra Kolo Muani li għeleb lil Patricio.
Bil-partita prattikament magħluqa fl-ewwel taqsima, Juventus skorjaw il-ħames gowl fit-58 minuta meta minn azzjoni personali kien Conceicao li fil-baxx skorja t-tieni gowl tiegħu f’din il-partita għal rebħa ta’ 5-0.
//= $special ?>