Lokali

Byron Camilleri jikkonferma li nstabu “rekords ta’ Rexal Ford f’Malta”

Instabu rekords ta’ Rexal Ford f’Malta, bl-isem oriġinali tiegħu.

Dan kien konfermat mill-Ministru tal-Intern stess Byron Camilleri f’kummenti li ta lil Net News meta kien mistoqsi kif Ford irnexxilu jidħol f’pajjiżna flimkien mas-sieħba tiegħu b’dokumenti foloz.

Lura fis-7 ta’ Ġunju, f’Ruma, kienu instabu bla ħajja mara u tarbija ta’ bejn is-sitt xhur u sena – bi Francis Kaufman, sieħeb il-vittma u missier it-tarbija, jaħrab mill-pajjiż.

Eventwalment, l-investigazzjonijiet waslu biex sar magħruf li l-Amerikan ta’ 46 sena minn Kalifornja flimkien mas-sieħba tiegħu kienu joqogħdu propju f’Malta…. bejn l-2023 u l-2024.

Il-Pulizija Taljana u l-Pulizija lokali qed jaħdmu flimkien sabiex jistabbilixxu r-rabta ta dan l-Amerikan ma’ Malta.