Inter Miami………………….2
Porto…………………………….1
Inter Miami: O. Ustari, M. Weigandt (T. Aviles 62′), I. Fray (F. Picault 79′), M. Falcon, N. Allen, T. Allende (J. Alba 79′), B. Cremaschi, S. Busquets, T. Segovia (F. Redondo 71′), L. Suarez, L. Messi
Porto: C. Ramos, M. Fernandes (G. Borges 59′), Ze Pedro, I. Marcano (D. Gul 87′), J. Mario, A. Varela, F. Vieira, F. Moura (Otavio 87′), R. Mora, S. Aghehowa, G. Veiga (S. Eustaquio 59′)
Referee: Cristian Garay (Ċile)
Freekick spettakolari ta’ Lionel Messi ta’ rebħa mportanti ta’ 2-1 lil Inter Miami fuq Porto fi Grupp A biex issa qed jaqsmu l-ewwel post ma’ Palmeiras.
Kienu Porto li marru fil-vantaġġ wara biss tmien minuti permezz ta’ penalty ta’ Samu Aghehowa. Porto kienu viċin li jirdoppjaw fl-40 minuta iżda l-konklużjoni ta’ Rodrigo Mora kienet imtajjra minn fuq il-linja permezz ta’ Maximiliano Falcon. Ftit tal-ħin wara, l-konklużjoni ta’ Alan Varela ħabtet mal-wieqfa.
Fit-tieni taqsima, Inter Miami ħarġu fuq l-offensiva u minn cross ta’ Marcelo Weigandt kien Telasco Segovia li spara fir-rokna tax-xibka. Inter Miami ħadu l-kontroll tal-partita u kien fl-54 minuta li bi freekick preċiż ta’ Lionel Messi ta rebħa ta’ 2-1 lil Inter Miami, b’Messi jiskorja t-866 gowl tal-karriera tiegħu.
//= $special ?>