Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u r-Rwanda, il-ġimgħa d-dieħla, jiffirmaw ftehim bl-intenzjoni li jieqaf il-ġlied fiz-zoni lejn il-lvant tal-Kongo….Inizjattiva sponsorjata mill-Istati Uniti – bl-iffirmar mistenni jsir f’Washington.
Il-patt proviżorju – imħabbar miż-żewġ pajjiżi Afrikani u d-Dipartiment tal-Istat Amerikan – ikopri issues bħal diżarm, l-integrazzjoni tal-gruppi armati li mhuma affiljati mal-ebda Stat u r-ritorn tar-refuġjati lejn l-ibnadi tal-lvant tar-Repubblika tal-Kongo.
Mistenni li l-ftehim ikun iffirmat nhar il-Ġimgħa, is-27 ta’ Ġunju.
Iz-zoni lejn il-lvant tal-Kongo ilhom l-għexieren tas-snin bħala ċentri għall-konflitt u meta l-gruppi armati ilhom dan iż-żmien kollu jiġġieldu għall-kontroll fuq ir-riżorsi li jinkludu d-deheb, ir-raham, il-cobalt, it-tantalum u anki r-riżorsi tal-lithium li hu wieħed mill-gassijiet prinċipali.
//= $special ?>