Lokali

Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-Isptar wara li kien involut f’inċident f’Ħal Farruġ

Accept Analitiċi cookies to view the content.

Sewwieq ta’ muttur ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11am, fi Triq Ħal Farruġ meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn mutur u karozza.

Is-sewwieq tal-mutur, raġel ta’ 53 sena li hu residenti l-Imqabba ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Net News li s-sewwieq weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.