Lokali

Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-Isptar wara li kien involut f’inċident f’Ħal Farruġ

Sewwieq ta’ muttur ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:00, fi Triq Ħal Farruġ meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn mutur u karozza.

Is-Sewwieq tal-mutur, raġel ta’ 53 sena residenti l-Imqabba ittieħed l-Isptar ater Dei b’ambulanza.

Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa, però Uffiċjal tal-Pulizija kkonferma ma’ Net News li ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

Iktar dettalji fil-ħin li ġej.