Sewwieq ta’ xarabank ittieħed l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
Il-każ seħħ fis-6:30 am, fi Triq Anton Buttigieg, meta għal xi raġuni il-vittma, raġel ta’ 53 minn Ħal Għaxaq tilef il-kontrol tax-xarabank u daħal f’barrier.
Membri tal-Pulizija kif ukoll tal-Protezzjoni Ċivili assistew biex is-sewwieq jinħareġ mix-xarabank.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, però l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
Net News huwa infurmat li ma kien hemm ħadd iżjed fx-xarabank.
//= $special ?>