Marsaxlokk illum ħabbru t-tieni akkwist tagħhom għal dan is-sajf. L-ewwel akkwist żvelat kien dak tal-gowlkiper mingħand Floriana, Christoffer Mafoumbi u t-tieni akkwist tal-lum, hu gowlkiper ieħor, li ukoll kien qed jilgħab f’Malta.
L-isem hu dak tal-Ispanjol, Pablo Sanchez li kien qed jilgħab ma’ Hibernians. Il-gowlkiper ta’ 29 sena, li hu twil 183 ċentimetri kien ilu biss staġun wieħed mal-Pawlisti, iżda qabel din l-esperjenza hu kien għamel tliet staġuni jifforma parti mill-iskwadra ta’ Ħamrun Spartans fejn b’kollox lagħab magħhom f’tmien partiti.
Matul l-istaġun li għadu kemm intemm, Pablo Sanchez lagħab 14-il partita għal Hibernians fil-Malta Premier u sofra 17-il gowl.
Skont l-istatistika, l-Ispanjol kellu 49 xutt indirizzat lejħ u wettaq 34 save. Minn dan l-ammont ta’ blalen li salva, 65% kienu saves li twetqu b’riflessi.
//= $special ?>