Lokali Parlament

Jiżdiedu sostanzjalment il-każi ta’ online fraud

In-numru ta’ każi  ta’ online fraud żdiedu sostanzjalment fl-aħħar tliet snin. Jirriżulta wkoll li kien hemm 1,088 każ fl-2022, filwaqt li s-sena l-oħra dawn il-każi telgħu għal 1,552. Fl-2023 kien hemm total ta’ 2,517.

Dawn it-totali fis-sistema tal-Pulizija, dwar online fraud mis-sena 2022, ingħataw fi tweġiba li ta l-Ministru Byron Camilleri għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici li staqsiet ukoll kemm minn dawn saru minn vittmi anzjani.