Karl Farrugia huwa r-raba’ vittma f’dan ix-xahar fit-toroq Maltin.
Huwa tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ bil-lejl, fl-10pm fi Triq L-Imdina, f’Ħaż-Żebbuġ.
Karl Farrugia kellu 32 sena.
Dan kien ir-raba’ inċident fatali li seħħ fit-toroq Maltin f’temp ta’ ħmistax. Fil-fatt, fil-festa tas-Sette Giugno kellna żewġ imwiet – il-każ tar-raġel li nqabad taħt trakk f’Ħal Far, u s-sewwieq ta’ mutur li miet fl-Isla.
Imbagħad, ftit tal-jiem wara, kien hemm ir-raġel miż-Żejtun li miet wara li ntlaqat minn żewġ vetturi waqt li kien qed isuq ir-rota fil-bypass ta’ Marsaskala.
