It-tensjoni bejn Iżrael u l-Iran kompliet teskala wara li ntlaqat l-isptar ta’ Soroka, li jinsab f’Beersheba, fin-nofsinhar ta’ Iżrael.
Rapporti qed jindikaw li l-isptar ġarrab ħsarat kbar. Però l-ebda pazjent jew ħaddiem ma weġġa’.
Attakki oħra mwettqa mill-Iran irriżultaw f’mill-inqas 65 midruba madwar l-istat ta’ Iżrael.
Sadanittant, Il-President Amerikan Donald Trump qed jikkunsidra li jattakka lill-Iran, iżda deċiżjoni definittiva għadha ma tteħditx.
Il-Mexxej Suprem tal-Iran, Khamenei, minn naħa tiegħu appella lill-Istati Uniti li jekk pajjiża jiġi attakkat ikun hemm “ħsara irreparabbli u konsegwenzi”.
//= $special ?>