Repubblika ssieħeb fil-kundanna għall-atti intimidatorji u t-theddid fil-konfront ta’ ġurnalisti ta’ Side Street fl-uffiċċju fejn jaħdmu. Id-dritt taċ-ċittadini li jkunu infurmati jeħtieġ li l-ġurnalisti jitħallew jagħmlu xogħolhom mingħajr theddid u l-biża’ mill-vjolenza.
Fi stqarrija, Repubblika talbu lill-Pulizija tieħdu azzjoni immedjata u ferma f’dan il-każ u tassigura li l-ġurnalisti jkunu protetti minn atti bħal dawn.
Repubblika fakkru li r-rakkomandazzjonijiet tal-Inkjesta dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, inkluż dawk dwar il-protezzjoni tal-ġurnalisti, ilhom tliet snin fuq l-ixkaffa jiġmgħu t-trab.
M’għandux ikun perikoluż li wieħed jaħdem ta’ ġurnalist. Hi r-responsabbiltà tal-istat li jassigura li dan ma jiġrix.
Repubblika tenniet is-solidarjetà tagħħa mal-ġurnalisti ta’ Side Street.
//= $special ?>