Lokali

Mara fil-periklu tal-mewt wara li ttajret minn karozza fil-Furjana

Ġermaniża ta’ 57 sena qed tissielet għal ħajjitha wara li ttajret minn karozza fil-Furjana.

L-inċident seħħ il-Ħamis waranofsinhar għall-ħabta tas-1:15 f’Xatt Pinto, il-Furjana.

Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret rriżulta li Ġermaniża ta’ 57 sena ntlaqtet minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 52 sena residenti Ħaż-Żabbar.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti dan filwaqt li ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji u li tinsab fil-periklu tal-mewt.

Il-Maġsitrat Antoine Agius Bonnici ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.