Futbol Sport

Palmeiras b’sieq fil-fażi li jmiss

(Ritratt: EPA)

Palmeiras……………………2

Al Ahly………………………..0

Palmeiras: Weverton, A. Giay, G. Gomez, M. Murillo, J. Piquerez, R. Rios, R. Veiga (Mauricio 46′), A. Moreno (E. Martinez 66′), E. Willian (Vanderlan 76′), V. Roque (F. Lopez 46′), F. Torres (Paulinho 76′)

Al Ahly: M. El Shenawy, M. Hany, A. Dari (A. Ramdan 62′), Y. Ibrahim, Y. Attiat-Allah (H. El Shahat 87′), H. Fathi (M. Afsha 62′), M. Attia, M. Ben Romdhane, Zizo, W. Abou Ali (N. Gradisar 62′), M. Trezeguet (A. Bencharki 62′)

Referee: Anthony Taylor (Ingilterra)

Palmeiras għandhom sieq fil-fażi li jmiss meta fit-tieni partita minn Grupp A għelbu lil Al Ahly bl-iskor ta’ 2-0. Kienu Palmeiras li ħarġu fuq l-offensiva u wara 17-il minuta setgħu marru fil-vantaġġ meta wara azzjoni tajba minn fuq il-lemin Estevao Willian ra l-konklużjoni tiegħu tgħaddi ftit barra.

Palmeiras ħasbu li se jkomplu l-partita bi plejer anqas meta r-referee wera l-karta l-ħamra lil Raphael Veiga liema deċiżjoni kien mdawwra minn Anthony Taylor wara konsultazzjoni mal-VAR.

L-ewwel gowl skorjat fi Grupp A, wasal fid-49 minuta meta minn freekick ta’ Anibal Moreno, kien il-plejer ta’ Al Ahly Wessam Abou Ali li f’tentattiv li jbiegħed il-periklu xeħet fil-lasta tiegħu stess. Il-gowl li għalaq il-partita wasal għaxar minuta wara meta minn pass tajjeb ta’ Mauricio kien is-sostiut Flaco Lopez li kkonkluda għal 2-0.