L-Erbgħa għall-ħabta tad-9pm, raġel ta’ 48 sena, sofra ħruq estensiv ikkawżat minn materjal pirotekniku f’inċident fil-kamra tan-nar ta’ Lourdes, fi Triq taż-Żellieqa, fil-Qrendi.
Ir-raġel, li joqgħod il-Qrendi stess, ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura, fejn iktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Minkejja l-inċident, il-kamra tan-nar ma qabditx u ma kienx hemm ħsara fl-istruttura.
Il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet rigward il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>