Pachuca………….1
FC Salzburg……..2
Pachuca: C. Moreno, L. Rodriguez, B. Gonzalez, P. Peraza (J. Kennedy 55’), F. Periera, E. Bauermann, A. Dominguez (A. Hurtado 88’), E. Montiel (C. Sanchez 88’), S. Rondon, A. Palavecino (S. Homenchenko 77’), R. Kenedy (A. Bautista 77’)
FC Salzburg: C. Zawieschitzky, S. Lainer, F. Kratzig (J. Mellberg 88’), M. Bidstrup, K. Joane Gadou, V. Sulzbacher (S. Diabate 55’), J. Rasmussen, N. Dorgeles, P. Ratkov (Y. Vertessen 55’), E. Baidoo (K. Onisiwo 55’), O. Gloukh (A. Daghim 79’)
Referee: Mustapha Ghorbal (Alġerija)
FC Salzburg approfittaw mid-draw bejn Real Madrid u Al Hilal u telgħu fl-ewwel post ta’ Grupp H wara li għelbu lil Pachuca bl-iskor ta’ 2-1.
Salzburg fil-vantaġġ fit-43 minuta meta kien Oscar Gloukh li b’konklużjoni minbarra l-kaxxa għeleb lil Carlos Moreno. Fit-tieni taqsima, Pachuca ħarġu fuq l-offensiva u ġabu l-iskor indaqs fil-55 minuta bi freekick preċiż ta’ Bryan Gonzalez.
Il-gowl li ddeċieda l-partita u ta rebħa lil Salzburg wasal fis-76 minuta meta kien cross ta’ Mads Bidstrup li sab lis-sostitut Karim Onisiwo li bir-ras għamilhom 2-1.
//= $special ?>