Basketball Sport

Se jinbiegħu l-maġġoranza tal-ismha ta’ Los Angeles Lakers

(Ritratt: EPA)

Il-maġġoranza tal-ismha tat-tim tal-basketball Amerikan Los Angeles Lakers se jkunu qed jinbiegħu. Il-bejgħ ta’ dawn l-ismha qed jitqies bħala l-ogħla li tim tal-isport Amerikan qatt inxtara.

Il-familja Buss li kienet qed tmexxi t-tim sa mill-1979 se jkunu qed ibigħu l-ismha tagħhom lil TWG Global. Jirriżulta li dan il-bejgħ se jiswa’ $10 biljun. Mark Walter, li huwa s-CEO ta’ TWG Global, għandu wkoll sehem f’Los Angeles Dodgers li huwa tim professjonali tal-baseball.

Mal-midja internazzjonali, Walter qal li se jkun qed jkompli jkabbar l-ismha tiegħu fit-tim ta’ Los Angeles Lakers wara li fl-2021 kien diġà kellu 20%. Walter għandu wkoll ismha fit-tim tal-futbol ta’ Chelsea u fit-tim tal-Fromula 1 Cadillac li mistenni jibda jikkompeti fl-2026.