Id-Dipartiment għas-Saħħa u t-Trattament Xieraq tal-Annimali rċieva total ta’ 1,353 allegat ilment dwar annimali mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-ġurnata tal-lum.
Dwar ilmenti rigward annimali tkellem fil-Parlament il-Ministru Anton Refalo meta weġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolio li staqsa lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali dwar kemm saru ilmenti dwar annimali li qed jgħixu f’kundizzjonijiet sub-standard.