Matul l-2024 saru total ta’ 811-il spezzjoni fi stabbilimenti tal-ikel mill-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali.
F’dawn l-ispezzjonijiet kien hemm 91 irregolarità fi stabbilimenti tal-ikel u kien hemm żewġ sospensjonijiet ta’ approvazzjonijiet; 55 talba ta’ azzjoni korrettiva u 34 ittra ta’ twissija.
Dan irriżulta fi tweġiba li ta l-Minustru Anton Refalo għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.
Dawn l-ispezzjonijiet fi stabbilimenti tal-ikel ma jinkludux l-ispezzjonijiet li jsiru ta’ rutina fil-biċċeriji kull meta ssir il-qatla.