Iċ-champions Ħamrun Spartans illum ħabbru l-akkwist ta’ attakkant Italo-Afrikan, li għadu żgħir fl-etá u diġa’ għandu esperjenza vasta f’diversi pajjiżi. Junior Djile hu attakkant ta’ 23 sena, li twieled fl-Italja u għandu dixxindenza Afrikana, tant li għandu ċittadinanza Ivorjana.
Djile hu meqjus bħala talent interessanti għall-futur u kien qed jilgħab l-aħħar ma’ Dubai City FC fl-Emirati Għarab Magħquda.
Aktar qabel kien qed jilgħab fl-ogħla diviżjoni Bulgara ma’ Botev Vratsa. Minkejja li għadu żgħir fl-etá, Djile kellu esperjenzi oħra interessanti, fosthom ma’ Ermis Aradippou, fit-Tieni Diviżjoni f’Ċipru, ma’ SC Farense fil-Portugall u fis-Serie D Taljana ma’ AC Rezzato.
Minn intervisti li ta fil-passat, qabel ma’ ffirma ma’ Ħamrun Spartans, Djile tkellem kemm il-darba dwar il-ħolma u d-determinazzjoni li għandu li jikber fl-esperjenzi tiegħu biex jilħaq il-massimu fil-logħba tal-futbol, hekk kif l-Italo-Afrikan jipposjedi attributi interessanti għal plejer li jilgħab fir-rwol ta’ attakkant b’xamma għall-gowl.
//= $special ?>