Seattle Sounders……………………1
Atletico Madrid………………………3
Seattle Sounders: S. Frei, K. Kossa-Rienzi (G. Minoungou 79’), J. Bell, J. Ragen, R. Baker-Whiting, C. Roldan, O. Vargas, P. De la Vega (R. Kent 60’), A. Rusnak (J. Paulo 79’), P. Rothrock (A. Roldan 66’), D. Musovski (J. Ferreira 60’)
Atletico Madrid: J. Oblak, M. Llorente, J. Gimenez (A. Witsel 46’), R. Le Normand, J. Galan, G. Simeone, R. De Paul (C. Gallagher 65’), Koke (A. Correa 70’), P. Barrios, A. Sorloth (A. Griezmann 65’), J. Alvarez (N. Molina 82’)
Referee: Yael Falcon Perez (Arġentina)
Fit-tieni ġurnata minn Grupp B, kienet faċli għal Ateltico Madrid fuq Seattle Sounders b’rebħa ta’ 3-1 biex issa prattikament dawn tal-aħħar huma eliminati wara żewġ telfiet.
Atletico Madrid marru fil-vantaġġ wara biss għaxar minuti meta kien Pablo Barrios li kkonkluda minn tarf il-kaxxa. Fil-35 minuta, Atletico Madrid ingħataw penalty iżda d-deċiżjoni kienet imdawra permezz tal-VAR.
It-tim ta’ Diego Simeone rdoppja eżatt wara l-mistrieħ meta l-konlużjoni ta’ Marcos Llorente ħabtet mal-wieqfa, bis-sostitut Axel Witsel jikkonkludi mill-viċin. Reazzjoni immedjata minn Seattle Sounders hekk kif fil-50 minuta naqsu l-iskor għal 2-1 permezz ta’ Albert Rusnak.
Atletico Madrid għalqu l-partita fil-55 minuta meta minn throw-in fit-tul, kien Barrios għal darb’oħra li minn nofs il-kaxxa xeħet fix-xibka għal skor finali ta’ 3-1.
//= $special ?>