Internazzjonali

Iċ-Ċina: Tensjoni mar-Renju Unit dwar bastiment tal-gwerra

Pictured is HMS DEFENDER conducting joint military training in the Indian Ocean with the French ship FS PROVENCE (D652).The Type 45 destroyer, also known as the D or Daring class, is an advanced class of guided missile destroyers built for the Royal Navy.Destroyers are part of the backbone of the Royal Navy, committed around the world 365 days a year hunting pirates, drug runners or submarines, defending the Fleet from air attack, and providing humanitarian aid after natural disasters.Britain's 6 Type 45 destroyers are the most advanced warships the nation has ever built. Their mission is to shield the Fleet from air attack using Sea Viper missile which can knock targets out of the sky up to 70 miles away.FS PROVENCE (D652) Third FREMM (Aquitaine class) built for the French navy, but the second in service in the fleet since the No. 2 (Normandy) was sold to Egypt.

Il-movimenti ta’ vapur tal-gwerra minn zona ta’ baħar magħrufa bħala Taiwan Strait ikkaġunaw tensjoni ġdida bejn iċ-Ċina u r-Renju Unit… Dan fost l-akkużi minn Beijing li l-Britanniċi u bagħtu l-bastiment HMS Spey ‘apposta’ f’dik iz-zona, bil-ħsieb li ‘joħolqu l-inkwiet’.

Min-naħa tiegħu, ir-Renju Unit ċaħad kategorikament li kien qed jaħseb biex jipprovoka liċ-Ċina waqt sitwazzjoni mill-aktar sensittiva fir-reġjun tat-Tajwan…il-gżira-Stat sovran u demokratiku li Beijing jinsisti li għandha tifforma parti miċ-Ċina.

Ir-Royal Navy, fl-aħħar sigħat, ħareġ stqarrija li l-HMS Spey, bħala wieħed mill-patrol vessels tal-qawwiet marittimi Britanniċi, kien sempliċiment għaddej b’missjoni rutina ta’ navigazzjoni minn dik ir-rotta ta’ baħar u bħala parti mill-istazzjonar tal-vapuri tar-Renju Unit fiz-zona li qed isir ukoll b’rispett għal-liġi internazzjonali.

L-aħħar darba li bastiment tal-gwerra tar-Renju Unit kien għadda mit-Taiwan Strait inzertat fl-2021 meta l-HMS Richmond kien qed jivvjaġġa mill-Baħar Ċiniż tal-Lvant fi triqtu lejn il-Vjetnam.

U fl-aħħar sigħat, kelliema għall-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu Ċiniż qalu li l-eżerċizzju b’HMS Spey kien intenzjonat bħala ‘sfida’ – u fost il-konferma li l-qawwiet marittimi taċ-Ċina kienu segwew kontinwament il-movimenti tal-vapur Britanniku.

Iċ-Ċina qalet ukoll li ‘il-Britanniċi qed jippruvaw iqarrqu bil-versjoni tagħhom dwar kif żvolġa l-inċident u fost l-abbużi għall-prinċipji legali’. L-akkuża kompliet li ‘l-azzjonijiet tar-Royal Navy kienu intenzjonati biex joħolqu l-inkwiet u jipperkolaw il-paċi u l-istabbilità fit-Taiwan Strait’.

Intant, il-kelliema f’Beijing sostnew li l-militar Ċiniż f’dik iz-zona jinsab fuq stat ta’ allert kontinwu u li hu dejjem lest biex iwieġeb għal kwalunkwe theddid u każi ta’ provokazzjoni.