Il-Ministru Julia Farrugia ma tafx kemm hi r-rata tal-għoli tal-ħajja f’pajjiżna. Dan wara li Net News kien wkoll staqsa lil Prim Ministru Abela din id-domanda sempliċi u diretta. Iżda jidher li l-membri tal-Gvern ma jafux jew ma jimpurthomx kemm qed jiżdiedu l-prezzijiet.
Il-Ġimgħa, fil-Mosta, Julia Farrugia ma kinietx kapaċi tgħid kemm hi din ir-rata tal-għoli tal-ħajja li ta’ kuljum qed tkompli taffetttwa eluf ta’ familji Maltin u Għawdxin. U meta staqsejna dwar l-għoli tal-ħajja, il-Ministru baqgħet taħrab mingħajr ma jirrispondi.
Ċifri maħruġa mill-Eurostat ikkonfermaw kif għal xahar ieħor, ir-rata tal-għoli tal-ħajja f’pajjiżna kompliet tiżdied. U issa laħqet il-livell ta’ 2.7 fil-mija.
Agħar minn hekkk… ir-rata li biha qed togħla l-ħajja f’pajjiżna hija ferm akbar mir-rata medja tal-pajjiżi taż-żona ewro fejn f’Mejju r-rata medja kienet fil-livell ta’ 1.9%.
Dan ifisser li filwaqt li bħala medja l-għoli tal-ħajja fil-pajjiżi li jużaw l-ewro kompla jonqos, f’Malta qed jiżdied, b’detriment fuq eluf ta’ Maltin u Għawdxin li ta’ kuljum fix-xirjiet tagħhom qed jaraw żidied kbar fil-kont li jħallsu.
Skont l-istatistika… il-prezzijiet tal-ikel, b’mod speċjali l-laħam, qed ikomplu jgħolew. Dan apparti li qed jiżdiedu prodotti ta’ iġene, u ikel bażiku.
Intant, wara li ma kinietx taf kemm hi r-rata tal-għoli tal-ħajja f’pajjiżna, il-Ministru kompliet tikkonferma kemm dan il-Gvern fil-fatt jinsab maqtugħ mir-realtà tal-poplu – għaliex minflok spjegat għalxiex il-prezzijiet qed jisplodu ‘l fuq, infexxet tattakka lil dan l-istazzjon b’mod partiġġjan.
//= $special ?>