Fl-Ingilterra din il-ġimgħa tħabbar il-programm kollu ta’ partiti tal-Premier League għall-istaġun 2025/26 u x’aktarx, bla ebda ħsieb ta’ xejn, feġġet kontroversja sħiħa. Dan għaliex l-ewwel skedar ta’ partiti, li kienu jinkludu d-dati ta’ kull match day, ħalliet barra il-famuża match day ta’ partiti li tradizzjonalment jintlagħbu dejjem l-għada tal-Milied, iġifieri f’Boxing Day.
Malli l-partitarji tal-futbol Ingliż, innutaw dan in-nuqqas, nibtet kritika qawwija fuq l-organizzaturi tal-Premier League. Dan għaliex il-programm sħiħ ta’ partiti f’Boxing Day hi xi ħaġa tradizzjonali fil-futbol Ingliż, u sinonima speċifikament mal-futbol Britanniku, tant li mill-aħħar tas-snin 50, kienet saret norma li fl-Ingilterra jintlagħab programm sħiħ ta’ partiti fis-26 ta’ Diċembru.
Madankollu jidher li dak li ġara ma kienx bi ħsieb, iżda b’koinċidenza għaliex din is-sena, Boxing Day se tkun il-Ġimgħa. Mingħajr ebda intenzzjoni ta’ xejn, din il-famuża ġurnata, li matulha tintlagħab match day sħiħa ta’ partiti, ġiet skartata u minflok il-logħob fil-bidu ta’ match day ġdida mexa għas-Sibt, 27 ta’ Diċembru.
Bl-għan li dan l-intopp mhux previst ikun indirizzat, u anke minħabba raġunijiet ta’ drittijiet televiżivi, il-Premier League ħabbret li f’Boxing Day se jkun hemm partiti. Jidher peroò, li din id-darba, sforz għal kif ġraw l-affarijiet, din id-darba mhux se jkolna match day sħiħa tintlagħab l-għada tal-Milied, iżda se jkun hemm numru ta’ partiti bħala parti minn match day sħiħa li tkun mifruxa matul dik it-tmiem il-ġimgħa.
//= $special ?>