L-Għaqda Malta Armwrestling li ilha mwaqqfa għal dawn l-aħħar 12-il sena minn David Apap, organizzat f’Marsalforn, Għawdex, ir-raba’ kompetizzjoni b’partecipazzjoni ta’ 26 kontestant fosthom mill-Italja, Albanija u Indja.
L-armwrestling event kienet imqassma f`diversi kategoriji skont il-piż kif ukoll bil-lemin u bix-xellug. Għall-ewwel darba saret il-kategorija seniors ‘il fuq minn 40 sena kif ukoll kategorija tan-nisa.
Il-kategorija Taħt 75 kilo fuq l-id xellugija ntrebħet minn Giuseppe Raia segwit minn Kurt Vassallo u Kyne Vella Smith.
Il-kategorija ta’ ‘l fuq minn 75 kilo fuq id xellugija ntrebħet minn Xhulio Halili qabel Braden Cutajar u Brian Thom Muscat.
Saret ukoll il-kompetizzjoni għal kategoriji overall fuq ix-xellug u l-lemin b’partecipazzjoni tar-rebbieħa ta’ kull kategorija. Dik taħt il-75 kilo fuq id tal-lemin intrebħet mit-Taljan Giuseppe Raia segwit minn Jake Falzon u Kurt Vassallo.
Braden Cutajar rebaħ il-kategorija Taħt 90 kilo fuq l-id tal-lemin qabel Hanook u Joseph Rapa.
Il-kategorija fuq l-id tal-lemin ‘il fuq minn 90 kilo ntrebħet minn Antoine Zammit, fuq Xhulio Halili mill-Albanija u Braden Cutajar.
Il-kategorija ‘l fuq minn 40 sena ntrebħet minn Melvin Agius qabel Jesper Lauridsen u Peter Caruana.
Kien hemm ukoll dimostrazzjoni minn 4 atleti nisa Thea Vella, Jenica Cauchi, Fian Montesin, Rina Nishikawa filwaqt li referee tal-kompetizzjoni kien Nikolas Jancic.
Dawn huma r-rizultati:
Left hand under 75kgs;
- Giuseppe Raia;
- Kurt Vassallo (iskaj)
- Kyane Vella Smith.
Left hand over 75kgs;
- Xhulio Halili; (Gozo)
- Braden Cutajar;
- Brian Thom Muscat (Gozo)
Right hand under 75kgs;
- Giuseppe Raia; (Italy)
- Jake Falzon;
- Kurt Vassallo.
Right hand under 90kgs;
- Braden Cutajar;
- Hanook;
- Joseph Rapa
Right hand over 90kgs:
- Antoine Zammit
- Xhulio Halili (Albania)
- Braden Cutajar
category (40+)
- Melvin Agius;
- Jesper Lauridsen
- Peter Caruana