Lokali

Ix-Xlendi jispiċċa miksi bid-drenaġġ

Diversi stabbilimenti u persuni Għawdxin bagħtu ritratti lil dan is-sit biex jitfgħu dawl fuq sitwazzjoni li żviluppat fix-Xlendi fl-aħħar sigħat – sitwazzjoni ta’ ilma kontaminat li tħallat mal-ilma baħar.

Fil-fatt, jidher li kaġun tax-xita li għamlet aktar kmieni matul il-jum, l-ilma tad-drenaġġ tħallat mal-ilma baħar.

Dan wassal biex it-triq lejn ix-Xlendi inbidlet fi xmara ta’ ilma kontaminat u maħmuġ.

Mhux magħruf eżatt kif dan id-drenaġġ spiċċa joħroġ b’dan il-mod u jitħallat mal-ilma tax-xita.