Il-backbencher Laburista Edward Zammit Lewis għal darb’oħra xeħet ir-responsabbiltà maġġuri tat-tiġrif tal-binjiet u s-sigurtà tal-poplu Malti u Għawdxi fuq il-Periti.
Net News staqsa lill-eks Ministru jekk issa fehemx dak li riedu jgħidu l-Kamra tal-Periti u jekk tkellimx mal-istess Kamra; b’Edward Zammit Lewis jisħaq li hu ma jinteressaħx mit-teknikalitajiet għax hu mhux perit u essenzjalment ma jifhimx.
Mistoqsi jekk tħasbux is-sitwazzjoni preżenti, jekk għandux fiduċja li l-familji Maltin u Għawdxin, flimkien mat-turisti li jżuruna, jinsabux siguri…huwa ta’ x’jifhem li l-iżvilupp ekonomiku wassal proprju għal dan it-tip ta’ inċidenti.
Intant, id-Deputat Laburista Amanda Spiteri Grech iddeskriviet l-istess konsegwenzi ta’ dan l-iżvilupp ekonomiku bħala “sitwazzjonijiet” li qed naffaċjaw.
Is-sigurta fis-siti ta’ kostruzzjoni spiccat mill-gdid fl-ahbarijiet wara ll-kaz din id-darba fiż-żona ta’ Paceville, hekk kif ftit tal-jiem ilu krollat binja fil-qalba tal-mekka tad-divertiment f’Malta …..bil-konsegwenza li sal-lum, grazzi għal ħidma konġunta tal-BCA, Pulizija u ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili…għad hemm niex evakwati, stabbilimenti, ħwienet, uffiċini u diversi residenzi.