Ambjent Lokali

L-għawm mhux permess f’din iz-zona ta’ Tas-Sliema

Skont id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li sakemm joħroġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm minħabba ilma kontaminat li ħiereġ minn storm water culvert li affettwat il-kwalità tal-ilma tajjeb għall-għawm u li tippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema kif indikat. L-uffiċjali qed jinvestigaw biex jiddeterminaw is-sors tal-kontaminazzjoni. It-tul tal-kontaminazzjoni ma jistax jiġi mbassar f’dan l-istadju.

Kodiċi tas-sit: B12- Font Għadir

Lokalità: Triq it-Torri Sliema

Tabelli li jindikaw iz-zona ġew imwaħħla fis-sit. Meta l-kwalità tiġi restawrata, it-tabelli se jitneħħew u tinħareġ stqarrija għall-istampa oħra biex tinnotifika lill-pubbliku li s-sit huwa mill-ġdid tajjeb għall-għawm.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 21337333 mit-8:00am sas-2:30pm jew jibgħat email fuq wrau.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt jew EHD Bathing Portal fuq https://mfh-mt.maps.arcgis.com/apps/dashboards/31f48638f89c4d60bd6143818a46a2c7 għal informazzjoni simili.