L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta se jkun qiegħed jorganizza eżerċizzju ta’ taħriġ b’simulazzjoni ta’ xenarju ta’ emerġenza.
Dan l-eżerċizzju li se jkun qed isir nhar it-Tlieta 24 ta’ Ġunju, se jkun qed jitwettaq bl-għan li jiġi evalwat il-livell ta’ tħejjija tal-entitajiet involuti kollha u l-adegwatezza tal-pjan ta’ rispons.
Dan l-eżerċizzju huwa konformi mar-rekwiżiti ta’ regolamenti internazzjonali u dawk Ewropej.
L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jixtieq javża lil persuni li ser ikunu qegħdin jivvjaġġaw nhar it-Tlieta li l-dan l-eżerċizzju mhuwiex se jkun qed jaffettwa l-vjaġġ tagħhom.
Barra minn hekk, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fakkar lill-pubbliku li attività mhux tas-soltu, bħall-moviment ta’ vetturi ta’ rispons għal emerġenza u salvataġġ fil-viċinanzi tal-ajruport, m’għandhiex tikkawża allarm.
Finalment, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta rringrazzja lill-pubbliku tal-kooperazzjoni tiegħu.
//= $special ?>