Lokali Qorti

Mhux ħati li aggredixxa lil missieru b’senter fuq kwistjoni ta’ “self defence”

Il-Qorti tal-Maġistrati ma sabitx ħati żagħżugħ ta’ 26 sena residenti Ħal Għaxaq, li aggredixxa lil missieru b’senter tal-kaċċa waqt ġlieda f’argument sħun li nqala’ bejniethom fejn kien qed jiġi mixli li kkaġunalhu ġrieħi gravi meta gidimlhu mnieħru. L-inċident seħħ f’Diċembru tal-2019, bil-Qorti tgħid li huwa aġixxa b’tali mod biex jiddeffendi lilu nniffsu.

Il-każ inqala’ wara argument dwar “barbed wire” fl-għalqa magħrufa bħala Ta’ Majru, f’Marsaskala, bejn il-4 pm u l-5 pm. Skont il-prosekuzzjoni, l-akkużat aggredixxa bis-senter lill-missieru u gidimlhu mnieħru bil-vittma jsofri minn ġrieħi gravi skont testijiet mediċi li saru.

Il-vittma kien ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ferita fuq il-ħalq, bl-akkużat ukoll kellu ġerħa fin-naħa tal-lemin tal-geddum li kienet tindika li kienet waħda permanenti. L-inċident seħħ nhar il-9 ta’ Diċembru 2019. It-tabib Raphael Gatt qal li għall-ħabta tas-7pm. ra lill-vittma u għamel ir-rapport tal-Pulizija.

L-allegat vittma kellu ferita żgħira baxxa qisha zewġ ċentimetri max-xoffa ta’ fuq. Kellu wkoll ferita fil-
ponta ta’ mnieħru li kienet tinvolvi nuqqas ta’ tissue li kien tilifha, nuqqas ta’ ġilda, u kellu jiġi riferut għas-servizz tal-plastic surgery.

Il-missier kien stqarr miegħu li huwa kien involut fi ġlieda fizika ma’ ibnu, u ibnu gidimlhu l-ponta ta’ mnieħru. Minn naħa tagħha, is-Surġent Tania Mangion li ħejjiet ir-rapport rigward l- argument li kien bejn il-vittma u ibnu.

Il-missier kien irraporta li dakinhar għall-ħabta ta’ bejn l-4pm. u l-5pm huwa kien safa aggredit
minn ibnu fl-għalqa tiegħu. Kien qal lill-Pulizija li huwa kien rieqed fir-residenza tiegħu f’Ħal Għaxaq. Hekk kif qam il-mara tiegħu staqsietu għalfejn kien tefa’ l-wire tat-tifel f’certu post u hu qalilha li kien wissa lil ibnu xi erba’ darbiet sabiex ineħħieħ minn fejn kien.

Wara ftit induna li l-mara tiegħu marret l-għalqa għax ma bdietx twieġbu meta beda jsejħilha. Il-vittma irrappurta li huwa qabad u mar l-għalqa, fejn sab lil martu, missierha, u lil ibnu. Consiglio irrapporta li hekk kif ibnu rah, huwa poġġa s-senter tal-kaċċa mal-ħajt u minnufih mar fuqu biex jaggredih, tah daqqa u gidimlhu mnieħru.

Martu bdiet iżżommu u hu kellu jiddefendi ruħu mid-daqqiet li beda jagħtih ibnu. Ix-xhud qalet li l-Pulizija tkellmu mal-akkużat u infurmaha li huwa kien ilu madwar sena ma jitkellem ma’ missieru. Spjega li kellu dan il-wire li kien għamlu f’post iżda missieru kien għamlu f’post ieħor.

It-tifel qal lil ommu biex tgħid lil missieru ħalli ma jmissx il-wire. Ommu qaltlu li missieru kien qiegħed dan il-wire taħt il-bajtra tax-xewk. Meta tkellmet mal-missier dan kien xurban u rrabja. L-akkużat kompla jgħid li ommu marret l-għalqa sabiex tneħħi hi dan il-wire ħalli ma jinqalax inkwiet izda fil-pront il-vittma mar warajha.

L-akkużat infurma lix-xhud li hekk kif ra hekk huwa poġġa s-senter tal-kaċċa mal-ħajt, u hekk kif dawwar
wiċċu missieru qalbu mal-art u gidimlhu n-naħa ta’ isfel ta’ wiċċu lejn il-geddum. Minħabba f’hekk, l-akkużat gidem imnieħer missieru sabiex dan jitilqu, iżda xorta ma telqux mal-ewwel.

L-akkużat ukoll ipproduċa ċertifikat mediku fejn ġie ċċertifikat li huwa kien qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. Ix-xhud tkellmet ukoll mal-omm, li infurmata li żewġha kien xorob l-inbid mid-dar u
hekk kif marret l-għalqa żewġha mar warajha u mar mal-ewwel fuq ibnu, tefgħu mal-art u ratu wkoll jaħtaf wiċċ binha.

Il-prosekuzzjoni sostniet il-verżjoni tagħha b’xhieda tas-surġent Tania Mangion, li kien hemm ferita ta’ żewġ ċentimetri fuq il-ħalq tal-missier, u minn dik tat-tabib Gatt, li kkonferma li l-vittma kellu nuqqas ta’ tissue.

Mill-naħa l-oħra, id-difiża tal-akkużat kienet fuq “self defence” li t-tifel kien qed jiddefendi minn aggressjoni ta’ missieru, li kellu ġlieda fiżika ma’ missieru, u li l-imġiba tiegħu kienet minħabba li hu kien qed jiddefendi lilu nniffsu.

Il-ġenituri tiegħu, u xhieda oħra fosthom ommu, u n-nannu, qalu li l-missier kien xurban u aggressiv, li mar“għas-sodisfazzjon” meta mar l-għalqa.

Wara li vvaluta verżjonijiet konkurrenti f’dan il-każ, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Monica Vella sabet liil-verżjoni tat-tifel hija aktar probabbli, u li hu kien jirreaġixxi b’mod razzjonali għal aggressjoni minn missieru — li kellu wkoll ferita.

Il-Qorti osservat li l-legittima difiża tinvolvi rispons għad-danni, theddida, jew perikolu imminenti, mhux inizjazzjoni ta’ aggressjoni. Għalhekk, wara li vvaluta l-provi ‘beyond reasonable doubt’, il-Qorti illiberat lill-akkużat u ħassret l-akkużi kollha msejsa kontrih għax il-viżjoni tiegħu kienet tiddeskrivi rispons bl-legittima difiża.

L-akkużat ġie illiberat mill-akkużi kontra kontrih.