Il-Labubu, il-pupu maħluq mill-kumpanija Ċiniża Pop Mart, sar kważi ossessjoni madwar id-dinja kollha.
Il-popolarità ta’ dan il-pupu żdiedet mill-2022, tant li kważi ttripla l-profitti ta’ Pop Mart hekk kif dan il-fenomenu hu meqjus bħala spinta għall-influwenza kulturali Ċiniża fuq livell globali.
X’inhu l-Labubu?
Il-Labubu huwa karattru mis-serje “The Monsters” li ġie maħluq minn Kasin Lung – artist minn Hong Kong.
Il-pupu huwa wieħed sufi, b’widnejn ippuntati u għandu disa’ snien.
Huma attraenti l-aktar għall-mod stramb, iżda fl-istess ħin ħelu, ta’ kif jidhru. Il-Labubu huwa meqjus bħala karattru b’qalb ġenwina, iżda spiss goff.
Kif il-Labubu kiseb fama madwar id-dinja?
Il-pupu ibiegħ għall-ewwel darba fi blind boxes. Pakketti fejn il-konsumaturi ma jkunux jafu liema pupu għandhom, sakemm ma jiftħu l-kaxxa. Il-kumpanija Pop Mart bdiet tbigħ il-Labubu fl-2019, tant li l-kumpanija kibret u issa għandha 2,000 vending machine madwar id-dinja.
Il-popolarità tal-labubu kibret proprju wara l-pandemija tal-COVID-19. Bosta artisti famużi fosthom, K-pop star Lisa, Rihanna u Kim Kardashian kienu qasmu l-kollezzjoni tagħhom fuq il-midja soċjali u għalhekk il-labubu dolls saru famużi fl-Asja u aktar tard, madwar id-dinja.
Għalfejn din l-ossessjoni?
Ħafna persuni jaffordjaw jixtru l-pupi tal-labubu u jieħdu pjaċir meta jsibu edizzjonijiet rari. Fuq is-sit uffiċjali, il-pupi jinstabu għall-prezz ta’ bejn €39 u €149.
Ix-xejra hija appoġġjata minn komunità b’saħħitha fuq il-midja soċjali li taqsam filmati tal-kollezzjonijiet u l-unboxing. Ta’ min isemmi li l-Labubu huwa wieħed mill-bosta prodotti Ċiniżi, li kisbu suċċess u ġibdu attenzjoni internazzjonali.
Ħafna nisa jpoġġu l-Labubu mal-baskett tagħhom, sempliċiment bħala aċċessorju.
Interessanti l-fatt li wħud mill-pupi tal-Labubu qed iġibu prezzijiet straordinarji fis-suq, fejn rajna Labubu li nxtraw saħansitra għal eluf ta’ ewro.
//= $special ?>