Futbol Sport

Sorpriża oħra fit-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs, Botafogo jegħlbu lir-rebbieħa taċ-Champions League

PSG………………..0

Botafogo…………..1

PSG: G. Donnarumma, A. Hakimi, L. Beraldo, W. Pacho, L. Hernandez (N. Mendes 55’), W. Zaire-Emery (J. Neves 55’), Vitinha, S. Mayulu (F. Ruiz 55’), D. Doue (L. Kang-in 79’), G. Ramos (B. Barcola 55’), K. Kvaratskhelia

Botafogo: J. Victor, Vitinho, J. Cunha, A. Barboza, A. Telles (L. Cuiabano 68’), Allan (N. Newton 87’), Artur (A. Montoro 77’), M. Freitas, Gregore, J. Savarino (S. Rodriguez 68’), I. Jesus

Referee: Drew Fischer (Kanada)

Wara r-rebħa ta’ Inter Miami fuq Porto, sorpriża oħra fit-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs meta t-tim mill-Brażil Botafogo li huma r-rebbieħa tal-Copa Libertadores, għelbu lir-rebbieħa tal-UEFA Champions League PSG.
Bidu tajjeb minn PSG meta wara biss żewġ minuti l-konklużjoni ta’ Khvicha Kvaratskhelia kienet salvata minn John Victor.

Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal fil-35 minuta meta wara li qabeż lil Willian Pacho, Igor Jesus ikkonkluda fil-baxx mingħajr l-ebda ċans għal Gianluigi Donnarumma.

Fit-tieni taqsima, PSG ippruvaw iġibu l-iskor indaqs u resqu viċin fil-51 minuta, iżda d-daqqa ta’ ras ta’ Goncalo Ramos kienet salvata minn Victor.