Internazzjonali Saħħa

Tifla ta’ tnax-il sena tmut wara każ ta’ food poisoning fi Franza

Tifla ta’ tnax-il sena mietet filwaqt li sebat’itfal ittieħdu l-isptar wara każ ta’ food poisoning, f’Saint-Quentin, fin-nofsinhar ta’ Lille, fi Franza.

It-tifla mietet it-Tnejn li għadda wara li rriżulta li kienet sofriet minn kundizzjoni rari magħrufa bħala haemolytic uraemic syndrome (HUS) u li skont il-prefett lokali fiż-żona ta’ Aisne, hija assoċċjata ma’ falliment tal-kliewi.

Sintomi diġestivi serji, bdew jidhru fit-12 ta’ Ġunju. Ftit jiem wara it-tmien t’itfal li għandhom bejn sena u tnax-il sena ttieħdu l-isptar sabiex jingħataw il-kura meħtieġa fejn Irriżulta li ħamsa minnhom kienu sofrew mill HUS.

L-awtoritajiet qalu li, l-HUS, ħafna drabi tiġi kkawżata mill-avvelenament tal-ikel E.coli.

X’wassal għat-tixrid tal-avvelenament tal-ikel għadu mhux magħruf. Iżda, peressli il-familji ta’ dawk involuti, kenu xtraw ikel minn postijiet differenti, hija diffiċli li tinstab l-oriġini tal-kontaminazzjoni.