Ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:30pm il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Dawret il-Gudja, fil-Gudja.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Honda Fit misjuqa minn raġel ta’ 64 sena residenti Santa Luċija, u mutur Kawasaki Ninja misjuq minn raġel ta’ 23 sena residenti l-Gudja.
Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei.
Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>