Futbol Sport

Bayern Munich jiksbu t-tieni rebħa fi Grupp Ċ

(Ritratt: EPA)

Bayern Munich……………………..2

Boca Juniors…………………………..1

Bayern Munich: M. Neuer, K. Laimer, J. Stanisic, J. Tah, R. Guerreiro (D. Upamecano 67′), J. Kimmich, L. Goretzka (A. Pavlovic 57′), M. Olise, S. Gnabry (J. Musiala 57′) (T. Muller 82′), K. Coman (L. Sane 67′), H. Kane

Boca Juniors: A. Marchesin, L. Advincula, L. Di Lollo, A. Costa, L. Blanco, T. Belmonte (W. Alarcon 69′), R. Battaglia, K. Zenon (M. Braida 59′), C. Palacios (M. Gimenez 69′), A. Velasco (M. Saracchi 80′), M. Merentiel (E. Zeballos 80′)

Referee: Alireza Faghani (Awstralja)

Bayern Munich għelbu lil Boca Juniors 2-1 biex b’hekk kisbu t-tieni rebħa fi Grupp Ċ.

Harry Kane poġġa lil Bayern fil-vantaġġ wara 18-il minuta. Boca Juniors ġabu l-iskor indaqs fis-66 minuta permezz ta’ Miguel Merentiel. Il-gowl li ta r-rebħa lil Bayern kien skorjat fl-84 minuta permezz ta’ Michael Olise.