Il-qanpiena l-ġdida tal-bronż, Carola Francisca waslet minn funderija fl-Olanda. B’piż ta’ 2350kg – l-ewwel qanpiena mill-1748 law.
CAROLA FRANCISCA ġiet imfassla sabiex tiġi f’armonija perfetta mal-qniepen storiċi tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, li wħud minnhom imorru lura għall-1619, propju fi żmien il-Kavallieri.
Din il-qanpiena ħarġet propju mill-istess funderija li ħarġet il-qanpiena maġġuri tal-Katidral ta’ Notre Dame
Intant Net News tkellem mal-Monsinjur Professur Emanuel Agius, li hu wkoll il-President tal-Fundazzjoni Konkatidral ta’ San Ġwann. Monsinjur Agius spejgalna kif din il-qanpiena ġiet maħluqa biex tippriserva u ssaħħaħ il-wirt mużikali uniku tal-Konkatidral – sett ta’ qniepen uniċi li saru minn diversi benefatturi bejn l-1619 u l-1748.

Hu saħaq ukoll li l-ħoss tal-qniepen għandu wkoll sens liturġiku li jkompli jiżra’ l-melodija ta’ Alla fi qlub il-poplu.
Ta’ bilħaqq, li dan hu mument rari: li tara qanpiena qabel ma tindaqq għall-ewwel darba u tapprezza d-dettalji raffinati tagħha – l-istemmi, il-kitbiet bil-Latin, u il-kerubini mnaqqxin – li kollha jirriflettu t-tradizzjonijiet tal-funderija tas-seklu sbatax.
Intant l-isem CAROLA FRANCISCA ġej wara l-mibki Papa Franġisku, li taħt il-pontifikat tiegħu, ta l-poplu nisrani l-Ġublew tat-tama.
Apparti min hekk ser tkun qed tissemma wkoll għal Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna, li bierek din l-istess qanpiena u li taħt il-episkopat tiegħu ser tkun qed tingħaqad mal-qniepen storiċi preżenti.

Min naħa tiegħu l-Arċisqof Scicluna saħaq li l-qniepen għandhom sinifikat qawwi – U qal ukoll li l-melodija tagħhom ser tkompli tgħaqqad il-poplu Malti għal mijjiet ta’ snin, kif għamlu l-qniepen ta’ qabilha.
Imnaqqax fuq l-istess qanpiena nsibu l-arma tar-Repubblika ta’ Malta, l-arma tal-Fondazzjoni tal-Kon Katidral u kif ukoll l-arma veskivoli tal-Monsinjur Arċisqof. Apparti min hekk fuq quddiem tagħha hemm ukoll imnaqqxa l-magħmudija ta’ Kristu minn San Ġwann il-Battista fix-xmara Ġordan – dan fost versi mill-Vanġelu ta’ San Mattew.

RITRATTI: Joseph Galea
//= $special ?>