Futbol Sport

Flamengo jdawwru l-partita biex jegħlbu lil Chelsea

(Ritratt: EPA)

Flamengo…………………….3

Chelsea………………………….1

Flamengo: A. Rossi, W. Franca (G. Varela 82′), Danilo, L. Pereira, A. Lucas, E. Pulgar, Jorginho, Gerson (W. Yan 82′), G. de Arrascaeta (B. Pinto 56′), L. Araujo (Michael 90′), G. Plata (Pedro 90′)

Chelsea: R. Sanchez, M. Gusto, T. Chalobah, L. Colwill, M. Cucurella, R. James (R. Lavia 64′), M. Caicedo, C. Palmer (N. Madueke 82′), E. Fernandez (M. Guiu 82′), P. Neto, L. Delap (N. Jackson 64′)

Referee: Ivan Barton (El Salvador)

Flamengo dawwru l-partita biex għelbu lil Chelsea bl-iskor ta’ 3-1 f’sorpriża oħra fit-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs.

Pedro Neto poġġa lil Chelsea fil-vantaġġ wara 13-il minuta. Fit-tieni taqsima, Flamengo skorjaw tliet darbiet l-ewwel kien is-sostitut Bruno Pinto fit-62 minuta. Danilo dawwar l-iskor fil-65 minuta.

Chelsea sfaw jilagħbu bi plejer anqas fit-68 minuta meta tkeċċa Nicolas Jackson. Flamengo approfittaw u għamluhom 3-1 fit-83 minuta permezz ta’ Wallace Yan.