Internazzjonali Kurżitajiet

Giorgio Armani mhux mistenni jattendi l-Milan Fashion Week

Għall-ewwel darba fl-istorja ta’ kemm ilu jsir il-Milan Fashion Week, il-leġendarju tal-moda Giorgio Armani mhux se jkun qed jattendi.

Id-disinjatur Taljan ta’ 90 sena, bħalissa jinsab id-dar jirkupra wara li ddaħal ftit l-isptar, bil-kumpanija tiegħu tgħid li hu ħadem ħafna fuq il-kolezzjoni tiegħu matul din is-sena u għalhekk se jkun qed isegwi s-serati tal-isfilati tal-ħwejjeġ tal-irġiel mid-dar.

Waqt dan l-ispettaklu tal-moda, il-kumpanija ta’ Giorgio Armani li ġib l-istess isem se tkun qed tippreżenta l-kollezzjoni tar-rebbiegħa u sajf 2026.

Ix-xahar li ġej il-kumpanija Armani se tkun qed tiċċelebra 75 sena, flwaqt li Giorgio Armani se jkun qed jagħlaq 91 sena.

Armani twieled fi Piacenza fl-1934, u qabel ma beda l-kariera tiegħu fil-moda huwa studja l-mediċina.