Lokali

Il-funeral ta’ Karl Farrugia se jsir nhar it-Tnejn

Nhar it-Tnejn li gej se jsir il-funeral ta’ Karl Farrugia, ir-raġel ta’ 32 sena minn Ħal Luqa, li tilef ħajtu traġikament fl-inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq L-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.

Farrugia se jingħata l-aħħar tislima permezz ta’ quddiesa li se tibda fid-9am, fil-Parroċċa ta’ Sant’ Andrija f’Ħal Luqa.

Bosta kienu dawk li sellmu l-memorja tiegħu permezz tal-mezzi soċjali – deskritt minn sħabu bħala raġel li kien appasjonat ttal-karozzi u tal-mużika.

Sħabu qasmu x-xokk kbir li ħassew dakinhar tal-incident, meta skoperw li Karl kien tilef ħajtu; iżda wegħduh li se jkunu qegħdin jgħożżu l-mumenti mill-isbaħ li qattgħu flimkien miegħu.

Karl Farrugia miet wara ħabta head-on fil-bypass ta’ Ħaż-Żebbuġ, u miegħu kellu tfajla li sofriet feriti gravi.