Lokali

Illejla, il-Kirkop Music Festival: Mużika u divertiment għal kawża tajba

Il-Kirkop Music Festival jinsab lura għal sena oħra b’lejla ta’ mużika, enerġija u gost bla waqfien. Dan il-festival mużikali se jkun qed isir fil-21 ta’ Ġunju 2025 b’risq ALS Malta+, f’ Ħal Kirkop u joffri mużika u spettaklu bi dħul bla ħlas.

Fil-Kirkop Music Festival se jkunu qed jingħaqdu DJ Chris Funkytown, il-kantanta rebbieħa tal-Eurovision Song Contest f’Malta, Sarah Bonnici, flimkien mal-band tagħha bi prestazzjoni live kif ukoll DJ Ryan Spiteri, biex jagħlaq il-festival.

Dawn kollha se jkunu qed jingħaqdu mal-headliner: FLASH – A Tribute to QUEEN – Waħda mill-aqwa tribute band awtentika fl-Ingilterra għall-band ikona u leġġendarja, Queen.

Dan il-festival mhux biss joffri lejla mimlija mużika mill-aqwa iżda wkoll jappoġġja lil ALS Malta+, organizzazzjoni dedikata biex tassisti lil dawk milquta minn din il-kundizzjoni.