Wara l-inċident li seħħ f’San Ġiljan il-ġimgħa li għaddiet, l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) lbieraħ bdiet, kif ippjanat, bl-ewwel stadju ta’ tindif. Din l-operazzjoni tinkludi t-tindif tal-proprjetajiet ta’ madwar is-sit li kkollassa parzjalment, u li l-Awtorità ħadet ħsieb b’attenzjoni sħiha li b’mod ikkontrollat twaqqa’ l-bini perikoluż li kien għad fadal.
Sadanittant matul il-ġurnata tal-bieraħ, b’mod parallel max-xogħol imsemmi, l-Awtorità rat li jibda jissaħħah l-appoġġ ta’ binja oħra li jinsab jagħti għal fuq is-sit ‘The Avenue’. Dan qed isir biex tkun indirizzata kull periklu.
//= $special ?>