Iżrael qed jgħid li interċeta diversi drones Iranjani li daħlu fiz-zona tal-ajru tagħhom matul il-lejl, dan filwaqt li l-Ministru tad-Difiża Iżrael Katz qed jinsisti li d-difiża Iżraeljana qatlet żewġ kmandanti Iranjani.
Bil-Ministru Katz jgħid li wieħed mill-kmandanti hu Saeed Izadi, li kien responsabbli mill-finanzi u l-armamenti tal-Hamas qabel l-attakki tas-7 ta’ Ottubru u li t-tieni kmandanti li inqatel huwa Behnam Shahriyari tal-Forza Quds.
Intant, l-laqgħa li saret il-Ġimgħa bejn diversi Ministri Ewropej tal-Affarijiet Barranin u l-Ministru Iranjan tal-Affarijiet Barranin, Abbas Araghci ma waslet għall-ebda qbil. B’Aragchi jgħid li l-Iran se jkun lest li jikkunsidra pass ‘il quddiem fit-taħdidit diplomatiċi, jekk tieqaf l-aggressjoni u Iżrael jinżam responsabbli għall-atretoċitajiet li wettaq.
Il-Ministru Aragchi qal ukoll li ma jista’ jagħmel l-ebda tip ta’ negozjar mal-Istati Uniti waqt li pajjiżu jinsab taħt bumbardament.
F’kummenti li ta lil media, Aragchi wissa dwar il-periklu li jista’ jinħoloq jekk l-Istati Uniti tkun kompliċi fil-kunflitt li għadej bejn Iżrael u l-Iran. Dan wara li Donald Trump approva pjan ta’ attakk fuq l-Iran però li eventwalment ippospona minħabba possibiltà li l-Iran seta jabbanduna l-programm nukleari.
Minn naħa tiegħu l-President tal-Istati Uniti Donald Trump, qal li Tulsi Gabbard, id-direttur tal-Intelligenza Nazzjonali kellha żball meta qalet li l-Iran mhux qed jibni arma nukleari. B’Gabbard issa tmerri dak li kienet qalet hi stess lura f’Marzu u tammeti hi wkoll li hemm possibbiltà li l-Iran qed jibni armi nukleari.
Fid-dawl ta’ dan kollu tkellem ukoll il-President ta’ Franza Emanuel Macron li qal li l-Iran qatt ma għandu jkollu armi nukleari, u għalhekk in-negozjati bejn l-Ewropa u l-iran għandom jintensifikaw.
Dwar dan il-kunfitt bejn Iżrael u lran tkellem ukoll il-President tat-Turkija Tayyip Erdogan, li qal li Iżrael huwa l-ikbar ostaklu għall-paċi fil-Lvant Nofsani.
Intant, rapporti, qed jindikaw li s-servizz tal-interent fl-Iran se jkun qed jirritorna tard filgħaxija. Dan wara li tliet ijiem ilu il-Gvern impona li dan is-servizz jinqata lil madwar 91 miljun persuna fl-Iran. B’din id-deċiżjoni tkun deskritta bħala l-agħar forma ta’ kontroll li qatt impona l-Gvern.
//= $special ?>